PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

In-niccec ta' l-istatwi

B’qima lejn Ommna Marija Santissima …

B’imhabba kbira lejn il-patrun taghna Sant’ Andrija...

Nikxef dawn in-niccec f’isem il-Kleru u l-parruccani kollha.

Dun Karm Camilleri (Kappillan)

30 - VI - 2008

 

Nhar it-Tnejn 30 ta' Gunju 2008, fl-okkazjoni tal-ftuh tal-festi solenni ad unur Sant’ Andrija Appostlu, il-W. R. Kappillan Dun Karm Camilleri inawgura l-progett ta' restawr taz-zewg niccec ewlenin li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali, xoghol tal-maghruf Abraham Gatt. Dawn in-niccec, wahda tal-Madonna ta' Ruzarju u l-ohra ta' Sant' Andrija, gew indurati minn John Pace.

Xi partijiet mill-iskultura li kienet sofriet hsara matul is-snin kienet restawrata wkoll qabel saret l-induratura. Dwar dan ix-xoghol ittiehdu l-pariri ta' esperti filwaqt li l-artist Silvio Pace kien konsultat dwar l-iskema tal-kuluri. L-ispejjez ta' l-induratura thallsu minn zewg benefatturi li xtaqu jibqghu anonimi filwaqt li spejjez ohra relatati mar-restawr thallsu mill-gbir tal-poplu.

 

Il-Gallarija tal-orgni

F'isem il-kleru u l-poplu kollhu ta' Hal Luqa, niddikjara l-ftuh ta' din il-gallarija ...

W. Rev. Kappillan Dun Karm Camilleri

30 - VI - 09

 

Nhar it-Tlieta 30 ta' Gunju 2009, fl-okkazjoni tal-ftuh tal-festi solenni ad unur il-patrun tal-parrocca Sant’ Andrija Appostlu, il-W. R. Kappillan Dun Karm Camilleri inawgura l-progett ta' restawr fuq il-gallerija tal-orgni li tinsab fuq il-bieb principali tal-knisja parrokkjali.  Il-gallarija inzebghet mill-gdid bi skema ta’ seba’ kuluri differenti, waqt li nhadmu xi partijiet zghar ta’ l-injam li kienu nieqsa minn Charles Psaila.  Ix-xoghol ta’ nduratura kien fdal ghal darb’ohra f’idejn John Pace.